Issibuni hawn
14/06/2006
08/06/2006
07/06/2006
01/06/2006
Volver
Jista’ jkun li l-ġenn li kelli dan l-aħħar – ġarr, safar, tentufiet prattiċ li qatt ma kont maqtugħ għalihom – kif ukoll il-ħsibijiet li ċirkostanzi bħal dawn iġibu magħhom, għax qisek terġa’ temigra, x’imkien f’moħħok u f’ruħek, fissru li l-kitba kellha ssir minni imma għalija biss, bejni u bejn ruħi, kif spiss inħobbu ngħidu. U għalhekk, il-famuż diżinn ta’ mapep, rotot u arazzi ġodda kellu jerġa’ jibda jseħħ, anki jekk mhux b’għażla personali, u jista’ jkun li huwa l-aħjar diżinn, mhux iffantastikat sabiex jinqara, jiġi kkunsmat u jingħoġob, iżda għax tassew kellu jsir u issa waqtu u ma tistax taħrab minnu.
U bħal ma stqarrew bosta poeti dwar il-kreazzjoni/kreattività bħala riżultat ta’ li titgħarwen u bħal tfajjel innoċenti terġa’ tħares lejn id-dinja b’għajnejn miftuħa beraħ jew b’nuċċali ġdid (skond iċ-ċirkostanzi tiegħek), bla ma ridt, ma ftaħtx bloggijiet kemm ili nieqes, jew inkella l-bloglines fuq fuq, biex niskorri dmirijieti.
U għadni ma nklibtx bħal ma stennejt.
Iżda almenu bdejt.
30/05/2006
05/05/2006
Telgramm
BEGIN.
Mhawnx fonts Maltin. STOP Gharukaza ili ma nikteb STOP. Ma jistax ikun domt daqshekk gharukaza kbira STOP Mela daqsxsejn kitba ta’ maljr ha nehles il-kuxjenza STOP Garrejt il-flett u kont imhabbat STOP Ghadni mhux lest STOP Ghandi l-intervista wkoll dalwaqt STOP Id-dar ghadni ma dahhltx l-internet. STOP U x-xoghol qed nahdem hafna STOP Mhux bhal Jacques STOP U bhalissa qieghed Morrissey holiday mal-brotherissey gewwa Manchesterissey u Dublinissey STOP
08/04/2006
02/04/2006
Intqalet fl-1 ta’ April
The Nationalist Party was a democratic party inspired by Christian values, Dr Borg continued. It was however, a lay party and not a “fundamentalist” one, as its enemies were trying to portray it.
“It is completely untrue that I have some fundamentalist streak,” Dr Borg said, concluding that the party will remain united behind Dr Gonzi.
Tonio Borg waqt il-Kunsill Ġenerali tal-PN
30/03/2006
Nostalgia: Discuss (jew kif tista’ ma ddoqqhiex?)
Min jixtieq juri żmienu u jaqta’ minn fejn ġejja d-diska? Nixtrilu birra
Sors: Stagno
26/03/2006
Bad losers

Jaħasra, ħalluna nifirħu. Il-vapur tal-PN qed jagħmel l-ilma minn kullimkien, u x’jagħmlu? Jattakaw lill-Alternattiva għax tellgħet żewġ kunsilliera. Issa veru li l-AD jagħmlu pranzu mill-voti Nazzjonalisti, imma min qal li r-regoli tal-politika demokratika huma neċċessarjament ġusti u kristjani? U jwebbsu rashom, ja mgħarrqa, u jispiċċaw klieb tagħhom infushom: kienu ġa’ qalulhom, fi żmien Cassola, biex jinjorawhom lill-AD, imma mbagħad Simon Busuttil ħareġ b’ta’ l-abort, għamlu maratona biex nieshom ma jkomplux fuq il-Hodor, u l-qassata ħarġitilhom sħuna sħuna. Taqta’ l-bajd biex tinki ‘l martek?
U issa reġgħu. Ta’ Tas-Sliema kiddithom wisq, għax il-fortizza m’għadhiex li kienet. Fil-bloggosfera, għandna l-pedanterija ta’ Fausto, li jqarmeċ in-numri u l-istatistiċi, qisu moviola minn kull anglu biex jara l-ballun tassew qabiżx il-linja. Robert Arrigo daħal fil-froġa wkoll: ma bbastalux li telgħet martu biex jibqa’ l-kunjom fil-fewdu tant maħbub tiegħu, u donnu nesa li bħalissa he should be very busy bid-dinja lil hinn mil-Lazy Corner u t-Tliet Siġriet. Austin Sammut qabbel lis-Slimiżi ma’ raħal li ma ħaqqux l-istigma li tah il-partit viljakk li hu jħobb jaqbeż għalih, u daqqa ta’ għajn ta’ malajr lejn ir-reġistri ta’ l-azzjonisti ta’ ċerti kumpaniji titfa’ daqsxejn dawl dwar għala dik ir-ragħwa kollha ma’ ħalqu.
Daphne u Marisa wkoll, studentessi diliġenti li dejjem jagħtuh fil-ħin il-homework. Lil Marisa niggustaha wisq. Nazzjonalista li tgħid li hi ħadra imma wkoll ħamra (available only in the UK) issa bdiet taħraqha qalbha għall-ambjent Slimiż, u l-iskizzofrenija politika tagħha issa daret għal kontra dawk ir-rgħiba kollha li qed jistuprawlna ‘l pajjiżna. Duh! jew bonġu filgħodu, Sinjorina Leyson. Kemm kapaċi jqajmu 30 vot!
U għalkemm, kull jum li niftaħ il-gazzetti, dawn l-Insara jbellgħuli l-għodwa velenu, nidħak fuq li nidħak meta naf li partit ċkejken bħall-AD iwerwer tant lin-Nazzjonalisti, bħal ġredjen ta’ l-imramma li jġennen iljunfant, u jħallimhom ħmir il-lejl imlewna ħodor ħodor.
U l-Labour? X’sar minnha l-ġlieda arketipika kontra l-għadu mix-xellug? Min hija l-vera oppożizzjoni?



